Merhba fil-website tas-Sezzjoni Zghazagh Ghaqda Muzikali L'Isle Adam tar-Rabat ta' l-Imdina. Hawnhell tista' jsib l-informazzjoni kollha dwar din is-Sezzjoni l-ewwel wahda f'kazin tal-Banda fir-Rabat. Is-Sezzjoni Zghazagh giet imwaqqfa ufficjalment f'Jannar tas-Sena 2007 izda ghalhekk ilha ftit zmien biss ga ghamlet progetti kbar u ambizzjuzi ghal kazin palazz taghna. Barra minhekk dejjem hdiema biex inkabbru il-briju uniku taghna fil-marcijiet li ta' kull sena jiddominaw fuq ir-Rabat. Is-Sezzjoni Zghazagh Ghaqda Muzikali L'Isle Adam ghandha irwol taghha li tahdem ghal Banda Dekana u Cittadina L'Isle Adam A.D. 1860 u tkabbar id-devozzjoni ta' San Guzepp l-Patrun Universali. Ghalhekk nistidnukom sabiex izzuru s-sezzjonijiet ta' din il-website biex issiru tafu aktar affarijiet fuq is-Sezzjoni Zghazagh habbrieka taghna.

Awguri
ghall-Milied Hieni
u Sena mimlija Rizq u Barka
mis-Sezzjoni Zghazagh Ghaqda
Muzikali L'Isle Adam
tar-Rabat tal-Imdina
L-Ewwel Banda tar-Rabat il-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam A.D. 1860, fl-2010 ser tiċċelebra kif jixraq l-150 sena mit-twaqqif uffiċjali tagħha. Fis-sena 1860 ir-Rabat kien tant ixxurtjat li fih twaqqfet uffiċjalment waħda mill-ewwel Baned Maltin u l-ewwel Banda tiegħu mill-magħruf Mro. Indri Borg. Kienu bosta l-ġrajjiet li għaddiet minnhom matul dan iż-żmien fosthom fis-sena 1869 meta 17-il bandist infirdu minn din il-Banda u bdew it-tieni Banda fir-Rabat. Fl-20 t'Awwissu 1899 il-Banda u l-każin ingħaqdu taħt kumitat wieħed. Fl-1905 il-Banda bdiet iddoqq fil-ġonna tal-Buskett fl-Imnarja. Fit-12 ta' Frar 1950 il-Każin ġiet ikkonsagrat lill-Qalb ta' Ġesu' u l-Qalb ta' Marija. Fl-1957 daħlet f’ Palazzo Xara wara li kien akkwistat fl-1951. Fl-1960 ġie iċċelebrata bil-kbir l-Ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tal-Banda kif ukoll ħadet sehem fiċ-Ċentinarju Pawlina. Fl-1963 ħadet sehem fl-okkażjoni unika ta' l-Inkurunazzjoni ta' San Ġużepp. Fl-1982 il-Banda rebħet il-Konkors tal-Baned Maltin u ġiet iddikjarata l-Ewwel Banda tar-Repubblika ta' Malta. Fl-1985 iċċelebrat l-125 sena minn twelieda u kienet l-ewwel u l-unika Banda Maltija li qatt daqqet ġewwa l-Katidral Metropolitan ta’ Malta ġewwa l-Imdina. Fl-1997 ħadet sehem fis-VII Simpozju Internazzjonali ta' San Ġużepp f'Malta. Fl-2000 kienet l-ewwel Banda Maltija li qatt daqqet fl-Art Mqaddsa u fl-1990 u fl-2001 il-Banda sellmet il-Papa' Ġwanni Pawlu II waqt iż-żjara tiegħu f’Malta.
Appell b'risq il-Festi tal-150 Sena tal-Banda 1860-2010
Matul l-ahhar xhur bdew it-thejjijiet ghal l-organizazzjoni tas-sena 2010. Din ghandha tkun sena li ahna bhala soci u anke bandisti ghandna nkunu kburin li se jkollna x-xorti li niehdu sehem u specjalment nippartecipaw fl-attivitajiet li se jkunu organizzati. Ghal dan l-iskop digà gie mahtur sotto Kumitat li beda jiltaqa’ u jara x’jista’ jkun organizzat matul is-sena kollha.
L-attivitajiet hemm il-hsieb li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2010 fejn dak inhar isir marc mill-Banda u anke tigi nawgurata din is-sena specjali. L-attiviatjiet ikomplu
matul ix-xhur l-ohra tas-sena sa Dicembru. Huwa l-hsieb tas-Sotto Kumitat li l-attivitajiet ikunu mifruxa ghal kull sezzjoni tal-poplu.
B’dan irridu nfissru li jkun hemm attivitajiet ghat-tfal,zghazagh, familja, anzjani, etc. Se jkun hemm bosta wirjiet mtellghin gewwa l-Kazin fosthom wahda li tikkoncerna l-Istorja tal-Banda. Hawnhekk ukoll ghaddejin il-preparamenti sabiex dik is-sena wkoll ikun ippubblikat ktieb dettaljat b’ricerka professjonali dwar l-istorja Glorjuza tal-Banda taghna. Però zgur il-qofol ta’ kollox ghandu jkun is-sehem talbanda fejn qed jigu ppjanati diversi attivitajiet bis-sehem tal-Banda fosthom Kuncert Kbir li mistenni jsir fil-Pjazza ta’ quddiem il-Katidral fl-Imdina. Ma’dawn hemm bosta attivitajiet li qed ikunu ippjanati u jekk Alla jrid matul issena 2009 se tibdew tisimghu dwarhom. Fis-sotto Kumitat mahtur gew anke mistiedna l-Arcikonfraternità ta’ San Ìuzepp kif ukoll l-Ghaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu sabiex dawn ukoll ikunu parti minn dawn il-Festi Specjali u kif jixraq li naghmlu ahna bhala Ìuzeppini Rabtin. Apparti dawn l-attivitajiet se jkun hemm ukoll amalgamazzjoni mal-Banda De Rohan ta’ Haz-Zebbug li wkoll se tkun qed tfakkar dan l-anniversarju kif xieraq.
Sabiex jigu organizzati dawn l-attivitajiet nehtiegu ammont sostanzjali ta’ flus u ma nistghux ma naghmlulkomx appell. Is-sotto Kumitat qed inhiedi skema ta’ gbir ta’ 25 ewro possibilment minghand kull soci li ghandna. Din se tingabar skont il-kumdita tas-socju. Wiehed jista jinkiteb f’din l-iskema waqt li qed isir il-hlas tal-menswalità u jkun spjegat lilkom kif se tkun din l-iskema.
L-attivitajiet jew ahjar celebrazzjonijiet li se jsiru huma ta’ kull membru li thaddan l-ghaqda taghna u HUWA IMPORTANTI li naghtu s-sehem taghna kemm bhala kontribut kif ukoll bl-attendenza taghna. Kull soci ghandu jhossu responsabbli ghal dan ghax dak li hadmu ghalih 150 sena ilu ghandna nkunu ahna lkoll li nkomplu ngedduh u jimxi ’il quddiem.
Grazzi bil-quddiem.
![]() |
|
L-AKBAR FESTA FIR-RABAT TAL-IMDINA
19 TA' MARZU 2010
SOLENNITA` TAL-KBIR GLORJUZ PATRIJARKA
SAN GUZEPP
PATRUN TAL-KNISJA UNIVERSALI
'INT IR-RABAT U L-IMDINA
INT L-ART KOLLHA TAL-MALTIN
HARES DEJJEM MINN KULL DENI
O SULTAN TAL-QDDISIN'
L-ahhar Up-Date Sar fit-2 ta' Dicembru 2009
Numru li Zaru is-Site mill-10 t'Ottubru 2005
,
Indirizzi Eletronici
Web Master Adrian Zahra - bertuz@onvol.net
Kazin L'Isle Adam - info@bandalisleadam.com jew isleadam@di-ve.com
Sezzjoni Zghazagh L'Isle Adam - zghazaghlisleadam@yahoo.com
Web Sites:-
Kazin L'Isle Adam - www.bandalisleadam.com
Sezzjoni Zghazagh L'Isle Adam - http://zghazaghlisleadam.webs.com
Hi5:-
Festa San Guzepp - http://sanguzepprabat-mdina.hi5.com
Sezzjoni Zghazagh L'Isle Adam - http://zghazaghlisleadam.hi5.com
Indirzz Postali:-
9, 'Palazzo Xara' Kazin Banda L'Isle Adam, Triq San Pawl, Rabat Malta, RBT 1243.
Numru tat-telefon:-
21454538 (bottegin) jew 21451407 (ufficju)